Merħba  ma  Keep, l-aktar sors komprensiv ta' informazzjoni integrata dwar il-proġetti u l-imsieħba tal-Interreg, Interreg-IPA transkonfinali u programmi ta’ kooperazzjoni transkonfinali ENPI / ENI.
Keep tipprovdi dejta li tkopri l-Unjoni Ewropea kollha, il-ġirien tagħha u l-pajjiżi qabel l-adeżjoni.
Din hija paġna introduttorja fil-lingwa ta’ tfittxija li inti użajt. Uża l-links ta’ taħt sabiex taċċessa s-sezzjonijiet speċifiċi ta Keep (bl-Ingliż), jew idhol fil-homepage (bl-Ingliż) ..

X'tista tikseb minn Keep?

F’ Keep inti tista’:
  • Tfittex proġetti b’ideat fil-qasam tematiku li jkunu ta interess għalik. .
  • Issir taf bi proġetti u investimenti li kienu jew qed jiġu żviluppati fil-pajjiż jew ir-reġjun tiegħek, il-kisbiet u r-riżultati tagħhom. .
  • Fittex għal imsieħba fi proġetti fil-pajjiż jew ir-reġjun tiegħek, f'reġjun ta' pajjiż ġar jew f'pajjiż madwar il-kontinent, u lil hinn! .
  • Iċċekkja l-istatistiċi ewlenin u xejriet ta’ dawn il-programmi ta' kooperazzjoni (kemm hemm imsieħba , kemm hemm proġetti, distribuzzjoni ġeografika u  tematika  ...). .
  • Ħares lejn l-istampa akbar: Fejn huma l-programmi ta’ kooperazzjoni li jindirizzaw il-kwistjonijiet l-aktar imqanqla (tibdil fil-klima, il-migrazzjoni, eċċ). .

Għaliex  Keep hija b’xejn?

L-aċċess għall-Keep huwa mingħajr ħlas. Keep hija żviluppata u mibnija minn programm Interreg, Interact, bħala parti mill-missjoni ta’ dan il-programm. Din id-dejta hija r-responsabbiltà tal-mijiet li jikkontribwixxu programmi li jiffurmaw l-univers ta’ kooperazzjoni territorjali mis-sena 2000.
Il-websajt Keep hija bl-Ingliż. Id-database ta’ Keep, madankollu, fiha dejta fil-lingwi li kull programm jiddeċiedi, anki jekk l-Ingliż huwa obbligatorju f'xi oqsma. Aħna nixtiequ li inti tagħmel l-aħjar użu minn din l-għodda. Għal kull dubju, mistoqsijja, suġġeriment – għandek iżżomm ruħhek infurmat dwar Keep - billi tikkuntattjana. .
Jekk jogħġbok innota li aħna nikkomunikaw biss bl-Ingliż, u aħna  ma nkunux nistgħu nwieġbu l-messaġġi b’ lingwi oħra.